Kobor Spiritwali (#7975)

Mix-xmajjar imfewħa ta’ dwiemeK agħtini nixrob, O Alla tiegħi, u mill-frott tas-siġra tal-essenza tiegħeK ħallini nduq, O Tama tiegħi! Min-nixxigħat ċari ta’ mħabbteK ħallini nixrob, O Glorja tiegħi, u taħt id-dell tal-Providenza dejjiema tiegħeK ħallini ngħammar, O Dawl tiegħi! Fix-xagħriet ta’ qarbieneK, quddiem il-preżenza tiegħeK, ħalli nkun nista’ nimraħ, O Maħbub tiegħi, u fil-lemin tat-tron tal-ħniena tiegħeK, poġġini, O Xewqa tiegħi! Mill fewġiet imfewħa ta’ ferħeK ħalli nifs jgħaddi fuqi, O Għan tiegħi, u fil-għoljiet tal-ġenna tar-realtà tiegħeK ħallini nidħol, O Imqejjem tiegħi! L-għanjiet tal-ħamiema ta’ waħdaneK ħallini nisma’, O Middi, u mill-ispirtu tal-qawwa tiegħeK u s-setgħa tiegħeK ħeġġigni, O Fornitur tiegħi! Fl-ispirtu ta’ mħabbteK  żommni sod, O Għajnuna tiegħi, u fit-triq tal-għoġba tajba tiegħeK saħħaħli passejja, O Ħallieq tiegħi! Fil-ġnien tal-immortalità tiegħeK, quddiem wiċċeK, ħallini ngħammar għal dejjem, O Int Li ħanin miegħi, u fuq il-maqgħad tal-glorja tiegħeK waqqafni sod, O Int Possessur tiegħi! Lejn is-sema ta’ mħabbteK ħanina għollini, O Ħaġġieġ tiegħi, u lejn Kewbet il-Jum tat-tmexxija tiegħeK mexxini, O Int li tiġbidni lejK! Qabel wirjiet l-ispirtu inviżibbli tiegħeK isejħuli ħalli nkun preżenti, O Int il-Bidu tiegħi u l-Ogħla Xewqa tiegħi, u lejn l-essenza ta’ fwieħet il-ġmiel tiegħeK, li Int għad turi, ħallini nerġa’ lura, O Int Alla tiegħi. 

Setgħani Int li tagħmel dak li jogħġboK. Inti, fis-sewwa, l-Aktar Għoli, il-Glorjuż f’Kollox, l-Ogħla fuq Kollox.

-Bahá'u'lláh
-----------------------

Kobor Spiritwali (#7976)

Oħloq fija qalb safja, O Alla tiegħi, u ġedded kuxjenza kalma ġo fija, O Tama tiegħi! Bl-ispirtu tal-qawwa saħħaħni fil-Kawża tiegħeK, O l-Aktar Li Nħobb, u bid-dwal tal-glorja tiegħeK urini it-triq tiegħeK O Int il-Għan tax-xewqa tiegħi! Bil-qawwa ta’ setgħeteK sebbieqa erfagħni lejn is-sema tal-qdusija tiegħeK, O Għajn l-essenza tiegħi, u biż-żiffiet ta’ dwiemeK ferraħni, O Int Li inti Alla tiegħi! Halli l-għanjiet tiegħek bla tmien iniffsu s-sliem fuqi, O Sieħeb tiegħi, u ħalli l-għana tal-qadim wiċċeK jeħlisni minn kollox għajr minneK, O Mgħallem tiegħi, u ħalli ħbarijiet ir-rivelazzjoni ta’ l-Essenza tiegħeK li ma titħassarx twassalli l-ferħ, O Inti l-aktar muri minn dak muri u l-aktar moħbi minn dak moħbi.

-Bahá'u'lláh
-----------------------

Kobor Spiritwali (#7977)

O Sid tiegħi! Agħmel ġmieleK l-ikel tiegħi, u l-preżenza tiegħeK ix-xorb tiegħi, u l-għoġba tiegħeK it-tama tiegħi, u t-tifħir lileK l-għamil tiegħi, u l-fakra fiK is-sieħba tiegħi, u l-qawwa tal-ħakma tiegħeK l-għajnuna tiegħi, u dareK dari, u fejn ingħammar l-imkien li Int qaddist miż-żamm lura fuq dawk magħluqa barra bħal minn star minnek. Inti, fis-sewwa, is-Setgħani, il-Glorjuż f’Kollox, l-Aktar Qawwi.

-Bahá'u'lláh
-----------------------

Kobor Spiritwali (#7978)

O Alla tiegħi, l-Alla tat-tjieba u l-ħniena! Inti dak is-Sultan li għall-kelma ta’ amar tiegħU il-ħolqien kollu issejjaħ biex ikun; u Inti Dak Li Tajjeb f’Kollox li egħamejjel tal-qaddejja tiegħU qatt ma fixkluĦ milli juri l-grazzja tiegħU, la xejn id-deħriet ta tjubitU. Halli lil dan il-qaddej, nitolboK, jikseb dak li jġagħlu jsalva f’kull dinja ta’ dinjieteK. Inti, fis-sewwa, is-Setgħani, l-Aktar Qawwi, Li Taf Kollox, l-Għaref f’Kollox.

-Bahá'u'lláh
-----------------------

Kobor Spiritwali (#7979)

O Alla! Aħji u ferraħ l-ispirtu tiegħi. Saffili qalbi. Dawwal setgħati. Jien inħalli affarijieti kollha f”idejK. Int il-Mexxej tiegħi u l-Kenn tiegħi. Jien ma nkunx aktar imnikket u kiebi; jien inkun ħlejqa hienja u ferħana. O Alla! Jien qatt ma nkun aktar mgħobbi bl-inkwiet, la nħalli l-għawġ iħabbatni. Jien ma mmaħħaħx fuq il-ħwejjeġ korob tal-ħajja. 

O Alla! Int ħabib tiegħi aktar milli jien ħabib tiegħi innifsi. Jien niddedika lili nnifsi lileK, O Sid.

-`Abdu'l-Bahá
-----------------------

Kobor Spiritwali (#7980)

O Sid tiegħi! O Sid tiegħi! Din hija lampa mixgħula min-nar ta’ l-imħabba tiegħeK u tħaġġeġ bil-fjamma li mkebbsa fis-siġra tal-ħniena tiegħeK. O Sid tiegħi! Kattar tkebbisu, sħana u fjamma, bin-nar li hu mkebbes fis-Sinaj tal-Wiri tiegħeK. Fis-sewwa, Int il-Wettieq,  Dak li Jgħin, il-Qawwi, il-Ġeneruż, Li Tħobb.

-`Abdu'l-Bahá
-----------------------

Kobor Spiritwali (#7981)

O Alla tiegħi! O Alla tiegħi! Dan, il-qaddej tiegħeK, resaq lejK, qed imawwar bil-ħeġġa fid-deżert tal-imħabba tiegħeK, jimxi fit-triq tal-qadi lileK, jistenna minn qabel il-favuri tiegħeK, jittama għal tjubiteK,  joqgħod fuq is-saltna tiegħeK, u msakkar bl-inbid tar-rigal tiegħeK. O Alla tiegħi! Kattar il-ħeġġa tal-ġibda tiegħu lejK, is-sodizza tat-tifħir tiegħu lileK, u l-kebsa ta’ mħabbtu għaliK. 

Fis-sew, Int l-Aktar Ġeneruż, is-Sid tal-grazzja kotrana. M’hemmx Alla ieħor għajreK, li Jaħfer, il-Hanin.

-`Abdu'l-Bahá
-----------------------

